GWU Youths

F’Awwissu tal-1944, ftit inqas minn sena wara li twaqqfet il-General Workers’ Union (GWU), sar Rally għaż-Żgħażagħ u nħolqot l-Għaqda Ħaddiema Żgħażagħ. F’Mejju tal-1945 iltaqa’ l-ewwel Eżekuttiv tagħha. Illum, din l-għaqda hija magħrufa bħala GWU Youths u tifforma parti integrali mill-GWU, fejn taħdem biex tippromwovi l-għarfien trejdunjonistiku fost iż-żgħażagħ.

Il-GWU Youths tinkludi studenti u ħaddiema żgħażagħ, u tirrappreżenta forza importanti għall-bidla u l-ugwaljanza. Hija tħeġġeġ il-ħolqien ta’ soċjetà aktar sostenibbli u inklużiva.

F’Malta, il-GWU Youths hija wkoll parti mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) u tipparteċipa f’fora internazzjonali fosthom f’konferenza mtellgħa mill-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC).

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur www.gwuyouths.com

Aħbarijiet u Aġġornamenti tat-Taqsima