Kimika u Enerġija

Sa minn meta twaqqfet din it-Taqsima fl-1971 biex tirrappreżenta l-interessi tal-ħaddiema fl-industrija tal-petrol, tal-gomma u tal-plastik, it-Taqsima kompliet tikber u tespandi biex tilħaq aktar il-ħaddiema minn diversi setturi tal-industrija tal-produzzjoni.
Illum din it-Taqsima għandha msieħba magħha ħaddiema minn diversi setturi fosthom tal-farmaċewtiċi iżda bħala parti minn riorganizzazzjoni kontinwa tat-taqsimiet it-Taqsima Enerġija u Kimika bdiet tirrappreżenta wkoll impjegati fis-settur tal-Enerġija l-aktar fi ħdan l-EneMalta kif ukoll fis-servizzi ta’ manutenzjoni fis-settur tal-avjazzjoni bħalma hi l-Lufthansa Technik.
Aħbarijiet u Aġġornamenti tat-Taqsima
- Il-GWU tgħid li min iħaddem għandu jħallas għall-Enerġija, Renta, WIFI u spejjeż għal min ikun qed jaħdem mid-darTkun dikjarazzjoni f’waqtha li tgħid li “In-normalita’ ġdid” hija waħda mis-suġġetti l-aktar diskussi… Read more: Il-GWU tgħid li min iħaddem għandu jħallas għall-Enerġija, Renta, WIFI u spejjeż għal min ikun qed jaħdem mid-dar













