Il-UĦM taqbel ma’ sħubija mandatorja għall-ħaddiema bi dħul baxx.
Proposta li qiegħda tissemma ħafna fil-kampanja elettorali li għaddejja bħalissa hija dik ippreżentata mill-General Workers’ Union (GWU) fil-Kungress tal-2017 għal sħubija mandatorja f’unjin tal-għażla tiegħek. Din il-proposta li tissalvagwardja u tipproteġi lill-ħaddiema, hija appoġġjata mill-UĦM Voice of the Workers fejn jirrigwarda ħaddiema li għandhom dħul baxx “għax dawn huma l-iktar vulnerabbli għall-isfruttament”.
Il-UĦM f’kumment li tat lil Talk.mt qalet li f’każ li ħaddiem bi dħul baxx li jkun qiegħed jibbenefika minn kundizzjonijiet aħjar b’riżultat ta’ ftehim kollettiv negozjat minn trejd unjin, li għal xi raġuni xorta waħda ma jkunx irid jissieħeb f’unjin, dan għandu jħallas l-ekwivalenti tal-miżata ġo fond apposta.
“IRRISPETTIVAMENT MINN XI DĦUL TA’ SALAJRU GĦANDEK, IL-KUNĊETT TAL-FREE RIDERS GĦANDU JIĠI MIĠĠIELED U INDIRIZZAT GĦAX HUWA TA’ THEDDIDA GĦAT-TREJD UNJONIŻMU F’MALTA” – UĦM
“B’hekk ikun qiegħed jiġi miġġieled il-fenomenu tal-free riders li huwa ta’ theddida għat-trejd unjins. Irrispettivament minn xi dħul ta’ salajru għandek, il-kunċett tal-free riders għandu jiġi miġġieled u indirizzat għax huwa ta’ theddida għat-trejd unjoniżmu f’Malta,” temmet il-UĦM.