Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-kandidat Alex Sciberras għal President tal-PL iżur il-General Workers’ Union

Il-kandidat għal President tal-Partit Laburista, l-Avukat Alex Sciberras, illum żar il-General Workers’ Union, fejn iltaqa’ mal-amministrazzjoni ċentrali tal-GWU u anke mal-ħaddiema. 

Waqt il-laqgħa mal-amministrazzjoni tal-GWU, ġew diskussi diversi temi li jolqtu lis-soċjetà tal-lum, fosthom l-importanza ta’ laqgħat kontinwi ta’ konsultazzjoni u ta’ djalogu mal-imsieħba soċjali b’mod speċjali mal-unjin.

“Nemmen bis-sħiħ illi wasal iż-żmien li l-isħubija fl-unjins tkun waħda awtomatika u mandatorja sabiex b’hekk naraw li l-abbużi fuq il-post tax-xogħol jinqatgħu”, qal Alex Sciberras.

“Il-GWU temmen fuq l-importanza tad-djalogu soċjali, tara li laqgħat bħal dawn huma essenzjali biex kulħadd jisma’ l-veduti ta’ xulxin,” qal is-Segretarju Generali Josef Bugeja.

Fost is-suggetti principali l-amministrazzjoni sahqet li hekk il-pajjiz ra tkabbir fl-ekonomija tagħna, li wassal għal numru ta’ benefiċċji, dan gab ukoll diversi sfidi u problemi. Ghalhekk hawn htiega ta’ viżjoni strateġika nazzjonali.