L-Amministrazzjoni Ċentrali tal-General Workers’ Union immexxija mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja żdiedet mal-lista ta’ nies u organizzazzjonijiet li taw il-kondoljanzi tagħhom għall-mewt tal-avukat Karmenu Mifsud Bonnici.
Bħalissa, il-ktieb tal-kondoljanzi jinsab miftuħ għall-pubbliku fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun u se jibqa’ miftuħ sa għada f’nofsinhar.

Id-delegazzjoni tal-GWU kienet magħmula mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja u d-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri.
L-eks Prim Ministru u eks Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici, tul il-karriera legali brillanti tiegħu, serva għal 20 sena sħaħ bħala konsulent legali tal-GWU.