Tkun dikjarazzjoni f’waqtha li tgħid li “In-normalita’ ġdid” hija waħda mis-suġġetti l-aktar diskussi f’dawn iż-żminijiet.
Minħabba l-pandemija tal-Covid-19, li taħdem mid-dar permezz tat-teleworking żdied u għal ħafna d-dar saret il-post tax-xogħol il-ġdid tagħna. Imma xi ngħidu dwar l-ispejjeż li ġeneralment jappartjenu lil min iħaddem?
Kontijiet tad-dawl, arja kkondizzjonata, linji tat-telefon, WIFI u parti mill-ispejjeż tal-kera tal-impjegat huma spejjeż li ġew impost fuq min jaħdem mid-dar.
Il-General Workers’ Union ipproponiet diversi proposti biex tipproteġi l-impjegati minn spejjeż addizzjonali li bdew jaffaċċjaw.
Is-Segretarju Ġenerali, Joseph Bugeja qal li “Jekk tmur għax-xogħol, min iħaddmek jipprovdilek A/C, ilma u elettriku, skrivanija, siġġu, WIFI u VPN, u l-impjegati m’għandhomx jiġu penalizzati b’dawn l-ispejjeż meta jkunu qed jaħdmu mid-dar.”
Għandha ssir valutazzjoni tar-riskji għal dawk li jaħdmu mid-dar minn min iħaddem għaliex dawn għandhom jitqiesu bħala estensjoni tal-post tax-xogħol, f’termini ta’ mard jew aċċidenti li jseħħu hemmhekk. Aċċidenti li jiġru waqt li tkun bilqiegħda mal-iskrivanija fid-dar għandhom ikunu relatati max-xogħol, pero ma jistax jingħad l-istess għall-aċċidenti waqt li tmur il-kamra tal-banju.
Il-GWU kkonfermat li huwa ta’ importanza kbira li d-dritt tal-ħaddiema li ma jibqgħux jaraw l-emails, messaġġi u telefonati wara l-ħin tax-xogħol. Dan għandu jkun imniżżel fil-liġi.
Joseph Bugeja stqarr, “Parti mid-dar tal-ħaddiema għandha tkun imsejħa bħala estenzjoni tal-post tax-xogħol, u l-kundizzjonijiet kollha tax-xogħol japplikaw hemmhekk.”
Huwa nnota li l-leġiżlazzjoni Maltija fuq it-teleworking hija pjuttost sempliċi u l-aħħar li ġiet aġġornata kien fl-2008. Il-liġi fil-fatt tgħid li min iħaddem huwa responsabbli li jipprovdi, jinstalla u jżomm it-tagħmir meħtieġ tat-telework, sakemm ma jkunx hemm qbil differenti bil-miktub miż-żewġ partijiet.
F’Novembru li għadda, il-Ministru Carmelo Abela kkonferma li l-gvern kien qed jaħdem fuq liġi ġdida li tirregola t-telework li tkun tinkludi d-dritt li taqta’ minn dak li hu relatat max-xogħol (right to disconnect). Sadanittant, il-Parlament Ewropew riċentement aċċetta rapport imħejji mill-MEP Alex Agius Saliba li jitlob lill-UE toħroġ direttiva lill-istati membri dwar id-dritt li taqta’ minn dak li hu relatat max-xogħol (right to disconnect).