Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-GWU ssellem il-memorja ta’ Michael Seychell

Il-General Workers’ Union (GWU) sellmet il-memorja ta’ Michael Seychell u għaddiet il-kondoljanzi lill-familja tiegħu. 

Seychell, bħala trejdunjonista f’pajjiżna għadda parti kbira minn ħajtu jagħmel parti mill-GWU, fosthom bħala Segretarju tat-Taqsima Tarznari, illum hija t-Taqsima Metall u Kostruzzjoni. 

Sadanittant, il-Presidenza wkoll sellmet il-memorja ta’ Michael Seychell, li matul il-karriera pubblika tiegħu dejjem serva l-kawżi li kien jemmen fihom b’konvinzjoni u impenn.


Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-President intqal li f’dak li jolqot lill-ħaddiem, Seychell kien fuq quddiem fil-qasam tredunjonistiku, u f’karigi pubbliċi u amministrattivi li okkupa, inkluż bħala kunsillier lokali, dejjem spikkat id-dedikazzjoni tiegħu.
Il-Presidenza wasslet il-kondoljanzi lill-familja tiegħu.