Il-GWU riċentament laqgħet numru ta’ membri li jaħdmu fi ħdan sezzjonijiet tal-manutenzjoni tal-Primary HealthCare. Il-ħidma tal-GWU għall-kundizzjonijiet aħjar favur dawn il-membri ġodda beda f’qasir żmien.
Il-GWU – Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi ressqet il-proposti tal-membri quddiem is-CEO konċernat sabiex jiġu ndirizzati u jintlaħaq l-aħjar ftehim f’isem iż-żewġ partijiet. Dawn in-negozjati waslu sabiex il-ħaddiema membri jibbenefikaw minn kundizzjonijiet aħjar, bħal installazzjoni u proviżjoni ta’ apparat u oġġetti li jgħinu għas-saħħa u sigurtà tagħhom. Fosthom arja kondizzjonata, maskri, protezzjoni kontra r-raġġi tax-xemx u mobile toilets.
Il-GWU tixtieq tirringrazzja lill-membri tagħha tal-fiduċja tagħhom, kif ukoll lill-maniġment tal-Primary HealthCare tal-intervent tagħhom.