
Il-GWU f’laqgħa flimkien mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej iddiskutew l-importanza li l-ħidma fuq livell internazzjonali tibqa’ prijorità, sabiex l-esperjenzi, il-politiki u l-aħjar prattiki li jiġu żviluppati barra minn Malta jkunu jistgħu jissarrfu f’benefiċċji konkreti għall-pajjiż u għall-ħaddiema Maltin.