Il-General Workers’ Union (GWU) ġiet infurmata li l-Healthmark Community Care Workers mhumiex qed jirċievu l-allowance kif stipulat fl-Avviż Legali 128 tal-2024.
Minkejja l-isforzi tat-Taqsima Gvern, Entitajiet Pubbliċi u Saħħa fi ħdan il-GWU biex din il-kwistjoni tiġi solvuta b’mod amikevoli, in-nuqqas ta’ konformità kontinwa ma ħalla l-ebda alternattiva ħlief li t-Taqsima tiddikjara formalment tilwima industrijali.
It-Taqsima informat lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER) biex jibda proċedimenti ta’ medjazzjoni skont il-proċeduri stabbiliti.
Il-GWU qalet li tittama li din il-kwistjoni tiġi trattata bl-urġenza.