Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-GWU b’rikonoxximent ewlieni fl-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni

Il-General Workers’ Union permezz tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi kisbet ir-rikonoxximent ewlieni tal-ħaddiema fl-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA).

Dan l-eżerċizzju seta’ jsir wara li l-ħaddiema ngħaqdu bħala membri mal-GWU u tlabna verifika mid-DIER.
 
Rikonoxximent li ngħata wara l-proċess ta’ verifika mid-DIER fejn ikkonkluda li l-maġġoranza tal-ħaddiema ngaġġati bħala Senior Heads, Heads u Senior Managers huma membri tal-General Workers’ Union.
 
Issa l-pass li jmiss hu li jibdew in-negozjati mal-maniġment għal Ftehim Kollettiv ġdid bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema nkluż il-pakkett finanzjarju.
 
Is-Segretarju tat-Taqsima Riccarda Darmanin irringrazzjat lill-ħaddiema tal-fiduċja li wrew meta avviċinaw lill-GWU biex itejbu l-qagħda tagħhom fuq il-post tax-xogħol.