… ftehim li se jwassal għal titjib fil-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol.
Il-General Workers’ Union u Microtek għadhom kif iffirmaw Ftehim Kollettiv li jkopri t-tliet snin li ġejjin. Ftehim li waslu għalih grazzi għall-impenn miż-żewġ partijiet permezz ta’ diversi diskussjonijiet sa ma ntlaħaq il-ftehim biex jitjiebu l-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-impjegati tal-kumpanija.
Microtek hija kumpanija farmaċewtika stabbilita fl-1983, tirrikonoxxi l-importanza li tibqa’ kompetittiva fis-suq attwali u tipprovdi l-aqwa kundizzjonijiet għall-ħaddiema tagħha. L-Inġinier Alex Aquilina, il-Maniġer Ġenerali tal-Microtek u Rita Dimech, Segretarju tat-Taqsima Kimika u Enerġija – GWU, enfasizzaw dawn il-punti waqt li ddiskutew il-Ftehim Kollettiv.
Għall-iffirmar tal-Ftehim Kollettiv kien hemm preżenti l-Inġinier Alex Aquilina, Anna Heckenlaible, Koordinatur tar-Riżorsi Umani, Rita Dimech u r-rappreżentanta tal-impjegati, Bridget Psaila, li ħadmu b’mod diliġenti biex dan il-Ftehim jitwettaq.