Ilu jinħass li dħul ieħor addizzjonali minbarra l-pensjoni tal-irtirar huma meħtieġa biex tinżamm il-kwalità tal-ħajja wara li persuna tirtira. Riċerka li saret minn ĠEMMA s-sena l-oħra wriet li 44% ta’ dawk li wieġbu jinkwetaw dwar il-futur finanzjarju tagħhom iżda 21% biss kellhom xi tip ta’ pjan ta’ pensjoni tal-irtirar.
Il-leżilazzjoni li tagħmel possibbli Skemi tal-Pensjoni tal-Irtirar Okkupazzjonali Volontarji (VORPS), bl-Ingliż magħrufa bħala ‘Voluntary Occupational Retirement Pension Schemes’. Ilha fis-seħħ għal ftit snin. Din tipprovdi mezz ieħor biex ikun iġġenerat dħul addizzjonali wara l-irtirar u joffri inċentiv ieħor fiskali għal dawk li jipparteċipaw fi skemi bħal dawn. Madankollu l-parteċipazzjoni hija baxxa.
ĠEMMA ser torganizza webinar fis-27 ta’ April 2022 bejn il-11:00am u 12:00pm biex tiddiskuti din l-iskema VORPS, u kif wieħed jista’ jipparteċipa fi skemi bħal dawn u l-benefiċċji ta’ dawn l-iskemi. Il-panel se jikkonsisti minn:
Minħabba li l-ispazju huwa limitat huwa rakkomandat li tirreġistra.