Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Iffirmat ftehim kollettiv ġdid bejn il-GWU u Gutenberg

Iffirmar ta’ ftehim kollettiv ieħor bejn it-Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni tal-General Workers’ Union u l-kumpanija tal-istampar Gutenberg. Kumpanija privata li toffri stampar kemm għas-suq domestiku kif ukoll għal diversi pajjiżi Ewropej. Ftehim li se jiggarantixxi titjieb fil-benefiċċji għall-ħaddiema.

Fost dawn hemm żidiet fil-pagi tal-ħaddiema kif ukoll titjieb fil-kundizzjonijiet eżistenti tagħhom.

Il-ftehim kollettiv għal erba’ snin ġie ffirmat minn David Darmanin, is-Segretarja tat-Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni u Alex Zammit, shop steward, kif ukoll minn Frank Spiteri – Direttur Maniġerjali, Gutenberg u Boleslav Spiteri – Direttur u Jonathan Saliba – HR Manager. 

“Ikolli nistqarr li meta ġejt avviċinat bil-proposta li l-ħaddiema jingħaqdu fi trejd unjin kont ħadt qatgħa. Madankollu llum il-ġurnata nberikhom. Vera nħossni kuntent bis-servizz li tagħtina din it-trejd unjin,” qal id-Direttur Maniġerjali Frank Spiteri.

Dan il-ftehim kollettiv ġdid jippreżenta opportunità kemm għall-General Workers’ Union u kif ukoll għall-Gutenberg biex flimkien ikomplu jassiguraw u jirristrutturaw il-kundizzjonijiet tal-impjegati.