Dignity Action Day isseħħ fl-1 ta’ Frar fejn tagħti lil kulħadd l-opportunità li jiddefendi d-dritt tad-dinjità tiegħu u tagħti lin-nies li għandhom bżonn il-kura ġurnata li jibqgħu jiftakru. Dan ma jfissirx li mhux ser ikunu kkurati fil-bqija tas-sena, iżda din il-ġurnata tiżgura li min jagħmel użu mis-servizzi tal-kura huma trattati bħala individwi u jingħataw għażla, kontroll u sens ta’ skop fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Hija l-ġurnata fejn issib ftit ħin u tagħmel xi ħaġa, anke b’azzjoni żgħira, għal nies li ħafna drabi jħossuhom iżolati, emarġinati jew bi ftit valur fis-soċjetà. Huwa wkoll il-bidu ta’ xahar ġdid fejn ikun sabiħ li jkollok xi punti ewlenin ta’ dak li qed jagħmlu n-nies biex jippromwovu d-dinjità.
Dignity Action Day hija jum biex niċċelebraw u nuru dak li n-nazzjon u l-komunitajiet tagħna wettqu meta jipprovdu kura dinjituża. Hija wkoll okkażjoni biex niċċelebraw man-nies li huma fiċ-ċentru tal-kura tagħna.
Li tkun trattat bħala individwu, li tagħti lil persuna għażla, kontroll u tifsira fil-ħajja ta’ kuljum huwa vitali għal nies li jużaw servizzi ta’ kura – din hija xi tifisser Dignity Action Day.
Li taħdem fil-kura huwa xogħol professjonali li jagħti sodisfazzjon inkredibbli billi jippermettilna nagħtu daqqa t’id lil uħud mill-aktar nies żvantaġġati fis-soċjetà tagħna, l-anzjani. Bħal professjonijiet kollha, ix-xogħol fil-kura jġib miegħu xi sfidi. Jekk taf x’qed tistenna qabel ma tieħu xogħol fis-settur tal-kura, u ssib modi biex tegħleb kwalunkwe problema, karriera bħala carer tkun ferm aktar bla xkiel, b’hekk tkun tista’ tgawdi l-opportunità li tagħmel differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies.
Jekk taħdem mill-qrib ma’ nies anzjani, x’aktarx li tiżviluppa relazzjoni mill-qrib magħhom. Għalhekk, jista’ jkun stressanti ħafna meta s-saħħa tagħhom tiddeterjora, u jinqalgħu l-kumplikazzjonijiet. Tittratta sitwazzjonijiet bħal dawn jista’ jkun diffiċli u jkun ta’ kunflitt mad-dmirijiet oħra li jista’ jkollok bħala carer. Li ssib il-bilanċ it-tajjeb bejn il-passjoni u l-professjonaliżmu huwa mod siewi biex tkun ippreparat għal dawn il-bidliet li jistgħu jseħħu f’daqqa.
Ix-xogħol fundamentali ta’ carer huwa li tibni u żżomm il-fiduċja. Jekk tkun tista’ tistabbilixxi u żżomm relazzjoni tajba, ikun faċli li tlesti x-xogħol ta’ kuljum filwaqt li tiżgura s-sodisfazzjon tal-persuna. Jekk il-persuna li qed tkun megħjuna tirreżisti l-kura, huwa importanti li tibqa’ kalm. Tieħu l-ħin li titkellem mal-persuna u tistaqsi kif tista’ tkun ta’ għajnuna għall-bżonnijiet tagħhom biex terġa’ tikkonferma l-pożizzjoni u r-responsabbiltà bħala carer. Meta turi kontinwament is-sapport u t-tħassib tiegħek għal kura u s-saħħa tal-persuna kkonċernata, il-probabbiltà hija li jikkooperaw.
Hemm bosta raġunijiet għaliex il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa jibqgħu motivati u jagħżlu li jibqgħu jaħdmu f’dan ix-xogħol. Ġeneralment, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma motivati u juru sodisfazzjon fix-xogħol. Meta jħossuhom li qed jagħmlu effett fix-xogħol tagħhom u jwettquh tajjeb. Fatturi li jikkontribwixxu għall-motivazzjoni u għas-sodisfazzjon tax-xogħol jinkludu wkoll żvilupp tajjeb tal-karriera, kumpens adegwat, u kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien xierqa.
Fil-ġranet meta persuna li qed tkun ikkurata jkollha ġurnata diffiċli, u li dan mhux rari, speċjalment meta persuna tkun tħossha konfuża jew imdejqa għal kwalunkwe raġuni, kemm jekk għal raġunijiet familjari, jew forsi minħabba wġigħ, tbissima tista’ tagħmel differenza, ġest sempliċi jista’ jgħin fid-dwejjaq tagħhom u jkunu kuntenti. Huwa importanti li tieħu l-ħin biex tismagħhom. Għalhekk, ejjew niċċelebraw din il-ġurnata billi nagħmlu xi ħaġa għall-maħbubin tagħna u għall-komunità, kull ġest żgħir jgħodd.
Ma ninsewx in-nies kollha li huma ħaddiema fil-kura tas-saħħa jew fil-mediċina, għax huma l-pilastri tas-soċjetà tagħna li jieħdu ħsieb il-maħbubin tagħna. Din hija xi ħaġa li l-GWU temmen fiha. Il-GWU dejjem qabżet għad-drittijiet tal-ħaddiema u temmen li dawk li jaħdmu f’dan il-qasam jaffaċċjaw bosta diffikultajiet fuq il-post tax-xogħol. Jekk hemm min jiddefendi l-ħaddiema f’dan il-qasam, jekk hemm inġustizzji jew il-kundizzjonijiet tax-xogħol mhumiex sodisfaċenti, il-GWU qiegħda hemm biex tiddefendihom u taġixxi f’isimhom. Għalhekk, il-ħaddiem jista’ jserraħ moħħu, u li dan jagħtih aktar motivazzjoni u sodisfazzjon fix-xogħol. Huwa pjuttost faċli li ssir membru tal-GWU. Sempliċiment ikklikkja fuq il-link u tara x’toffri.