Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Josef Bugeja fisser dawn l-aħħar sitt snin, taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela, bħala li kienu kkarraterizzati minn riformi kbar fid-dinja tax-xogħol.
F’kummenti ma’ dan is-sit, Bugeja elenka l-bosta riformi mwettqa tul dawn l-aħħar snin u li minnhom ibbenefikaw il-ħaddiema u l-familji tagħhom, fosthom anke b’titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol.









