L-Għaqda Pensjonanti tal-GWU kitbet lis-Sindku tal-Kunsill Lokali ta’ Bormla, is-Sinjura Alison Zerafa Civelli, fejn talbet li tul ix-xatt ta’ Bormla jitqiegħdu numru ta’ bankijiet li jkunu addattati speċjalment għall-pubbliku anzjan. Dan wara li numru ta’ membri tal-Għaqda li diversi minnhom huma residenti Bormliżi tkellmu mal-Għaqda biex tidħol fil-Każ u tagħmel talba f’isimhom.
L-Għaqda Pensjonanti tħoss li t-talba li qed tagħmel hija waħda ġusta u tappella lill- Kunsill Lokali ta’ Bormla biex jilqa’ t-talba tagħha. Tappella wkoll lil kull min jista’ jgħin biex din it-talba tiġi milqugħa.
Fl-aħħar nett, l-Għaqda Pensjonanti tappella lill-anzjani biex jissieħbu fl-Għaqda biex din tibqa’ tkun il-wens tal-anzjani Maltin u Għawdxin.