Written by Aħbarijiet, Bla Kategorija, Ġrajja, Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi, Taqsimiet

Stqarrija Konġunta bejn il-GWU u l-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali

I
l-General Workers’ Union u l-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali ltaqgħu biex jiddiskutu l-inċidenti li seħħew nhar il-Ħadd fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far u s-sitwazzjoni preżenti tal-aġenzija AWAS. 

Waqt din il-laqgħa l-GWU u l-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali qablu fuq il-ħtieġa ta’ aktar sigurtà għall-ħaddiema tal-AWAS kif ukoll għall-istess residenti fiċ-ċentri operati mill-istess aġenzija. Iż-żewġ naħat se jibqgħu f’komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan it-titjib.

Id-delegazzjoni tal-GWU kienet immexxija mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja, mis-Segretarju tat-taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi Kendrick Bondin u mis-Segretarju tat-Taqsima GWU Korpi Dixxiplinati u Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infurzar tal-Liġi Theo Vella u mir-rappreżentanti tal-GWU fl-AWAS. Min-naħa tal-Ministeru għall-intern u Sigurtà Nazzjonali d-delegazzjoni kienet mmexxija mis-Segretarju Permanenti Kevin Mahoney u  mis-CEO tal-AWAS Mauro Farrugia