Written by Aħbarijiet, Artikli, Għaqda Pensjonanti, Il-Union

L-Anzjani fil-Unions

Aktar ma jgħaddi żmien il-perċentaġġ ta’ membri anzjani mit-total ta’ membri kollha fil-Unions kbar qed jiżdied. Dan qed jiġri wkoll f’Malta. Din it-tabella hija kif dan qed iseħħ fi tliet Unions Taljani.

CGIL CISL u UIL f’perjodu ta’ żmien, pereżempju, fl-akbar Union Taljana, is-CGIL 55.07% mill-membri kollha tal-Union membri huma anzjani wara tiġi s-CISLS b’50.31% tat- total tal-membri b’UIL b’24.34% tat-total tal-membri. B’riżultati bħal dawn, il-Unions iridu jħarsu lejn din ir-realtà li ħadd ma jista’ jwaqqaf.

Tajjeb infakkru li l-GWU f’Malta meta waqqfet l-Għaqda Pensjonanti fis-sena 1987, il-perċentaġġ tal-membri pensjonanti meta tqabbel mat-total tal-membri kollha tal-Union dejjem baqa’ jiżdied kif fil-fatt qiegħed jiġri f’ħafna mill-Unions kbar fl-Ewropa.

Attivitajiet Soċjali u Edukattiva

Nersqu biex nerġgħu nibdew niltaqgħu. Kull ġurnata li tgħaddi aktar joqrob iż-żmien li x-xewqa ta’ ħafna anzjani li jitkellmu mal-Għaqda tiġi fis-seħħ, ħafna huma dawk li meta jitkellmu ma’ uffiċjali tal-Għaqda jistaqsu “ Meta se tibdew torganizzaw attivitajiet”. Ir-risposta tal-Għaqda tkun li matul il-pandemija sar ħafna xogħol biex nippjanaw l-attivitajiet biex hekk kif jasal iż- żmien nibdew u nibdew bil-kbir għax irridu npattu ta’ kemm il-membri tal-Għaqda ilhom mċaħħda minn dawn l-attivitajiet. L-appell tal-Għaqda huwa wieħed li daqskemm il-membri riedu jibdew l-attivitajiet, ukoll bħala Għaqda ansjużi biex dawn jerġgħu jibdew biex nerġgħu naraw lill-membri jiltaqgħu magħna u jiltaqgħu ma’ xulxin.

L-Għaqda, filwaqt li tappella lil kulħadd biex issa li wasalna fl-aħħar nibdew noqogħdu attenti sabiex kif jasal il-mument inkunu nistgħu niltaqgħu u ngawdu flimkien.

Konferenza Ġenerali tal-Għaqda Pensjonanti

Kieku bħal-lum, 14 ta’ Mejju l-Għaqda kienet ippreparata biex tagħmel il-Konferenza Ġenerali tagħha imma minħabba ċ-ċirkustanzi li nqalgħu, kellha tiġi posposta għal nhar il-Ġimgħa, 18 ta’ Ġunju. Ix-xogħol, għall-Konferenza huwa lest kollu u għalhekk l-Għaqda tħares ’il quddiem b’ħerqa biex torganizza l-Konferenza Ġenerali fejn minbarra x-xogħol normali tal-konferenza bħal ħatra tal-uffiċjali u l-membri tal-Kumitat, jitressaq ir-Rapport Amministrattiv u dak Finanzjarju. Waqt il-Konferenza, il-kumitat tal-Għaqda se tkun qed iressaq din il-Mozzjoni.

Passatempi

Wara li ftit ilu ħriġna avviż li dawk il-membri tal-Għaqda li għandhom xi passatemp jibagħtu ritratt tal-passatemp tagħhom biex jiġu ppubblikati mill-Ghaqda. Illum se nibdew bil-passatemp ta’ Charles Vassallo minn Birkirkara li fost diversi passatempi għandu dak tal-Fotografija. Illum qed nippubblikaw wieħed mir-ritratti li bagħtilna.

Inħeġġu lil dawk il-membri li għandhom xi passatemp biex jibagħtuh lill-Għaqda.
Membership (ewtlab.it)