Il-General Workers’ Union turi s-sogħba għall-mewt tas-Sur Mario Mallia, eks Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta.
Kemm dam fil-ħatra s-Sur Mallia dejjem irrispetta lill-ħaddiema u anki kien strumentali sabiex jiġu konklużi b’suċċess ftehim kollettivi li ġew iffirmati mat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi fi ħdan l-istess Union kemm għall-ħaddiema klerikali kif ukoll non klerikali tal-Bank.
Il-GWU tingħaqad ma’ oħrajn u tagħti l-kondoljanzi lill-familja u l-qraba għat-telfa li ġarrbu bil-mewt tiegħu.