Il-General Workers’ Union kienet fost dawk li ppreżentaw id-donazzjonijiet tagħhom waqt L-Istrina.
Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja flimkien mad-Deputat Segretarju Ġenerali tal-GWU Kevin Camilleri u l-President tal-GWU Victor Carachi preżentaw is-somma ta’ €2,000 b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation.
Fl-appell tiegħu s-Sur Bugeja saħaq dwar l-importanza li ngħinu lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna u l-bżonn li kulħadd jikkontribwixxi kif jista’ għal din il-kawża ġusta.