F’ċerimonja li saret illum waranofsinhar fuq il-monument tal-Ħaddiem fl-Imsida, il-General Workers’ Union fakkret it-80 sena mit-twaqqif tagħha.
Iċ-ċerimonja kienet tinkludi t-tqegħid tal-fjuri f’riġlejn il-monument mill-amministrazzjoni ċentrali tal-GWU komposta mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja, il-President Victor Carachi u d-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri, u anke mis-Segretarji ta’ diversi Taqsimiet u uffiċjali oħra.