Ħadd ma jista’ jindaħal bejn trejd unjin u l-managment ta’ post tax- xogħol fuq
dak li jkun ġie miftiehem u maqbul. Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu li l-COLA tkun
apparti minn kull żieda oħra, ħadd ma jista’ jiddetta mod ieħor. F’dan il-każ ikun
ifisser li l-iskop ta’ negozjar ta’ ftehim kollettiv jispiċċa.
Il-proposta li saret minn min iħaddem ma tagħmel l-ebda sens ekonomiku la
għall-ħaddiem u lanqas għal min iħaddem. F’każ li min iħaddem jkunu jridu
jbiddlu l-ftehim jistgħu jagħmlu dan biss billi jiftħu djalogu soċjali mat-trejd
unjins u bħalma ġara fil-każ taż-żieda tal-paga minima u l-Covid-19, nagħmlu l-
almu tagħna biex nippruvaw insibu soluzzjoni.
Il-ftehim li kien sar lura fl-1990 kien ġab paċi industrijali li ħalla il-frott, tant li kif
kulħadd jista’ jara kiber l-investiment kif ukoll l-ekonomija. L-istrajks ġenerali
saru xi ħaġa tal-passat. Iżda jekk dan il-ftehim jinbidel se jinħoloq inkwiet
industrijali.
Fil-każ tal-aspett kompetittiv tal-pajjiż, minħabba l-fatt li l-gvern qed jassorbi d-
differenza fil-prezz tal-enerġija, fjuwil u ċereali, dan qed jgħin biex il-postijiet tax-
xogħol tagħna jibqgħu kompetittivi. Minbarra hekk l-aħħar statistika tal-Eurostat
tikkonferma li l-prezz ta’ kull unit ta’ xoghol se tonqos din is-sena u anke s-sena
d-dieħla. Għalhekk jekk l-ispiża ta’ kull unit tax-xogħol tonqos allura jkun ifisser li
l-produttività tkun qed tiżdied.
L-istess statistika turi li bejn l-2001 u l-2016, il-produttività kienet żdiedet bi ftit.
Filwaqt li fl-2017 żdiedet b’1.7%. Madankollu naqset fl-2018 u fl-2019.
l-istess statistika tindika li matul din is-sena huwa stmat li l-unit ta’ xogħol se
jonqos b’2.5% u bi 3% fl-2023 li jkun ifisser li qed tiżdied il-kompetittivita.
Bħala sħab soċjali għandna dover nassiguraw li l-paga tkun adegwata, li
tiggarantixxi dħul diċenti u ħajja xierqa. Ovvjament ir-regolamenti tas-suq ħieles
japplikaw ukoll għad-dinja tax-xogħol, jiġifieri s-suq jiddetta l-valur tax-xogħol.
Paga xierqa u adegwata ssarraf f’benefiċċji kemm għall-ħaddiema kif ukoll għan-
negozji. Din tikkontribwixxi biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta, tistimula titjib
fil-produttività u tippromwovi l-mobilità ekonomika u soċjali.
Is-saħħa tal-pagi huwa essenzjali waqt it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Huwa
importanti li jkun żgurat għajxien deċenti għall-ħaddiema, speċjalment dawk
vulnerabbli, waqt mumenti ta’ kriżi, apparti li dan huwa wkoll essenzjali biex l-
irkupru ekonomiku jkun wieħed sostenibbli u inklusiv.
Aħna deċiżi li mhux se naċċettaw li jinbidel xi ħaġa din is-sena, iżda f’każ li jkun se
jsir tibdil fil-futur issir diskussjoni serja u djalogu soċjali fi ħdan l-MCESD biex
nippruvaw insibu qbil bejn kulħadd.
Dak li jiġi miftiehem, maqbul u ffirmat ma jistax jinbidel jekk mhux bi qbil bejn iż-
żewġ naħat u l-GWU żgur ma taqbilx li jsir tibdil issa.