Reactivate

Nagħmluha faċli dawk l-individwi ċittadini Ewropej li għandhom ʼil fuq minn 35 sena li jkunu qegħdin ifittxu xogħol.

www.reactivatejob.eu

Reactivate hija skema ta’ mobilità għal dawk li qed ifittxu x-xogħol madwar l-UE li għandhom ’il fuq minn 35 sena. Din tgħin liċ-ċittadini tal-UE jsibu xogħol, apprentistat jew traineeships fi Stati Membri tal-UE u tgħin lil min iħaddem biex iħaddem persuni madwar l-UE.

B’mod partikolari, Reactivate ser tiżviluppa ċentru virtwali tal-impjiegi, billi toffri sett ta’ servizzi lil min iħaddem u lil dawk li qed ifittxu xogħol biex tagħti s-sapport fl-istadji kollha tal-proċeduri ta’ reklutaġġ madwar l-Ewropa.

Min hu eliġibbli?

  • Kull min iħaddem li huwa legalment stabbilit fil-pajjiżi tal-UE, li joffru kuntratti ta’ impjiegi / apprentistat / traineeships għal perjodu ta’ mill-inqas 6 xhur (3 xhur għall-apprentisti), sakemm il-paga u l-kundizzjonijiet jikkonformaw mal-liġi nazzjonali tax-xogħol.
  • Ċittadini tal-UE u residenti legali f’wieħed mill-pajjiżi tal-UE, li qed ifittxu impjieg f’pajjiż ieħor tal-UE.

X’sapport jista’ jingħata

Sapport lil min iħaddem:

  • Sapport għar-reklutaġġ: Konsulent mir-Reactivate jiżgura lil kull min iħaddem jingħata kull sapport u servizz li jkun meħtieġ;
  • Amministrazzjoni tax-xogħlijiet disponibbli: Pjattaforma onlajn flessibbli u faċli fejn tista’ turi x-xogħlijiet li huma disponibbli;
  • Ir-reklutaġġ ta’ kandidati: Il-konsulenti jgħinu lil min iħaddem biex jidentifikaw xi bżonnijiet għandhom, kif ukoll biex ifittxu l-kandidati xierqa skont il-ħtiġijiet individwali. Reactivate toffri wkoll sapport permezz ta’ taħriġ fuq il-post tax-xogħol;
  • Inċentivi għat-taħriġ: Inċentivi finanzjarji għall-SMEs biex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-provvista ta’ taħriġ fuq il-post tax-xogħol għall-promozzjoni tal-integrazzjoni ta’ ħaddiema impjegati ġodda;
  • Sapport fuq il-post tax-xogħol: Reactivate tagħti sapport kontinwu fuq il-post tax-xogħol billi ssegwi x-xogħol mal-parteċipanti u ma’ min iħaddem. Sapport lil dawk li qed ifittxu x-xogħol:
  • Konsulenza dwar il-karriera, sapport fit-tħejjija tal-applikazzjonijiet u żvilupp tal-karriera;
  • L-iżvilupp tal-ħiliet u l-karriera: L-aċċess għar-riżorsi ta’ taħriġ, il-valutazzjoni tal-ħiliet, l-informazzjoni dwar l-impjiegi u min iħaddem u s-servizzi tal-karriera;
  • Aċċess għall-post tax-xogħol: Aċċess għall-postijiet vakanti fuq livell Ewropew, reġistrazzjoni għal career days, parteċipazzjoni f’għażliet minn qabel bis-saħħa ta’ Reactivate, tagħżel l-aħjar kandidati u arranġament għall-interviews;
  • Inċentivi finanzjarji għall-interview, rilokazzjoni (tal-kandidat u l-membri tal-familja tiegħu/tagħha), taħriġ fil-lingwa, ir-rikonoxximent tal-kwalifika.

Kif tistaʼ tieħu sehem? 

Sabiex tieħu sehem trid tirreġistra fuq il-websajt tar-Reactivate.  

Min iħaddem jiġi kkuntattjat min-naħa tagħna biex nagħtu s-sapport meħtieġ ħalli nsibu l-aħjar kandidati għall-postijiet disponibbli fl-organizzazzjoni tiegħek.

Persuna li qed tfittex xogħol, għandha l-ewwel tiċċekkja jekk għandniex postijiet tax-xogħol / apprentistat / postijiet tax-xogħol adattati għall-profil tiegħek. Jekk iva, għandek tirreġistra fuq il-portal u timla s-CV bl-Ingliż.

Għal aktar tagħrif:

Żid kuntatti f’pajjiżek

Persuna ta’ kuntatt

Posta elettronika

Numru tat-telefon / Skype

Ġranet u sigħat tax-xogħol (meta nkunu nistgħu nagħmlu kuntatt miegħek permezz tat-telefon jew Skype)

Lingwi mitkellma

Ir-Reactivate huwa Proġett Pilota kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali “EaSI” 2014-2020 (għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkonsulta: http://ec.europa.eu/social/easi) u implimentat mill-Belt Metropolitana ta’ Ruma (l-Italja), b’kollaborazzjoni mal-ANPAL (Italian EURES National coordinator), il-General Workers’ Union (Malta), K Milios U SIA OE, DIAN (Organizzazzjoni Griega attiva fis-servizzi ta’ taħriġ u mobilità), CLL – Ċentri tal-Lingwa (Ċentru tal-Lingwa tal-Belġju), Language Lab (Skola tal-Lingwa Taljana Life Coach Italy (coaching provider, Italy), Bundesagentur für Arbeit/Zentrale Auslands und Fachvermittlung (German International Placement Services), Uitvoeringsinstituut Werknemersverzekeringen (Dutch EURES National Coordinator), Servicio Público de Empleo Estatal (Spanish EURES National Coordinator), IEFP (Portugal EURES National Coordination), Jobsplus (Malta EURES National Coordination) and WSEI – University of Economics and Innovation in Lublin (Poland).


Comments are closed.