Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

“Importanti li tibqa’ tirrenja l-għaqda u l-imħabba lejn din il-Unjin”

“Issa li għadda l-Kungress Nazzjonali tal-GWU, li nixtieq jiena  huwa li tibqa’ tirrenja l-għaqda fost id-delegati, l-Amministrazzjoni u s-Segretarji. Issa se jibda proċess biex għada pitgħada jilħaq Segretarju Ġenerali ġdid u nixtieq li kull min ipoġġi ismu għal xi kariga jpoġġi fl-ewwel post l-interess tal-Unjin. 

“Importanti li tibqa’ tirrenja l-għaqda, li kollox isir b’ġustizzja, trasparenza u li dak li jkun ikollu r-rekwiżiti meħtieġa biex jilħaq għal ċertu pożizzjonijiet,” qal l-ex President tal-GWU Victor Carachi.

Saħaq li huwa importanti, bħalma hu dejjem esiġa, li jkun hemm l-għaqda u li tibqa’ l-imħabba lejn din il-Unjin. Li  tibqa’ tirrenja u tkun il-mutur biex dak li jkun jimxi ‘l quddiem.