Uffiċjali tal-Caritas Augsburg tal-Ġermanja fil-jiem li għaddew għamlu żjara ta’ kortesija fil-General Workers’ Union fejn ġie mfisser lilhom il-ħidma tal-GWU fil-qasam tal-ħaddiema partikolarment dawk barranin u biex dawn jingħataw pagi diċenti u fl-istess ħin ikunu marbutin bi ftehim kollettiv.
Caritasverband für die Diözese Augsburg hija organizzazzjoni Kattolika mwaqqfa fl-1921, li l-għan tagħha huwa li tgħin b’mod professjonali lil dawk fil-bżonn madwar id-Djoċesi ta’ Augsburg. Fost il-ħafna servizzi tagħha, din toffri konsulenza dwar il-migrazzjoni għall-adulti f’diversi postijiet madwar id-Djoċesi, filwaqt li tagħti l-appoġġ tagħha lil dawk li ma jkollhomx saqaf fuq rashom u tgħin fl-integrazzjoni lura fis-soċjetà tal-pajjiż.
Il-laqgħa saret bejn Kevin Camilleri – Deputat Segretarju Ġenerali tal-GWU u Martin Gaertner u Steffen Huber bħala uffiċjali ta’ Caritas Augsburg.