Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-GWU tikseb rikonoxximenti ewlenin tal-impjegati ngaġġati mal-Co-operatives Board u anke tal-impjegati ngaġġati mal-Joint Office 

Il-General Workers’ Union permezz tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi kisbet ir-rikonoxximenti ewlenin tal-impjegati ngaġġati mal-Co-operatives Board u anke tal-impjegati ngaġġati mal-Joint Office.

Dan ir-rikonoxximent ngħata wara l-proċess ta’ verifika mid-DIER li kkonkluda li l-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema huma membri mħallsa tal-Union.

Eżerċizzju li sar wara li d-Dipartiment ġie nfurmat li l-maġġoranza tal-ħaddiema għarfu l-benefiċċji li jissieħbu fl-akbar unjin tal-pajjiż.

Il-pass li jmiss hu li jibdew in-negozjati mal-maniġment għal Ftehim Settorjali ġdid bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema.