Gwu – Aps Bank

Titlifx din l-opportunità għall-futur tiegħek
Ingħaqad magħna llum

Bħala membru tal-GWU, il-kwalità tal-ħajja tiegħek hija l-ogħla prijorità tagħna, u nemmnu li din tinkludi l-perjodu meta tasal għall-irtirar tiegħek mid-dinja tax-xogħol. Huwa għalhekk li flimkien mal-APS Bank qed noffrulek din l-iskema biex tibda tfaddal għall-irtirar tiegħek.

Bi pjaċir il-GWU qed tintroduċi l-APS Personal Pension Plan. Inti tista’ tibda tippjana għall-futur finanzarju tiegħek biex iżżomm l-istess kwalità ta’ ħajja li għandek, li tixraqlek, anke wara li tirtira.

Hekk kif tirreġistra f’din l-iskema, inti se tingħata bonus ta’ €150 miżjuda fl-iskema. Barra minn hekk, inti tkun eliġibbli għal kreditu ta’ taxxa ta’ 25% mogħti mill-gvern fuq il-kontribuzzjonijiet tiegħek, sa massimu ta’ €750 fis-sena. Dan ifisser, pereżempju, li jekk inti tibda twarrab €83.33 fix-xahar jew €1,000 fis-sena, se tirċievi kreditu tat-taxxa ta’ €250. Dawk li jwarrbu sa €3,000 fis-sena se jirċievu l-ħlas massimu ta’ kreditu ta’ taxxa ta’ €750. Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jibdew minn €50 fix-xahar biss, għalhekk qatt mhu kmieni jew tard wisq biex tibda tippjana għall-irtirar tiegħek.

Ħu vantaġġ minn din l-opportunità, biex tibda tippjana għall-futur finanzjarju tiegħek u jkollok serħan il-moħħ li se jkollok kwalità ta’ ħajja li tixraqlek.

Bħala GWU qed naħdmu wkoll ma’ min iħaddem, f’isem il-membri tagħna biex anke huma jagħtu l-kontribut tagħhom għall-ħaddiema tagħhom. Flimkien, nistgħu nagħmlu differenza.

Il-GWU huma introdutturi tal-APS Personal Pension Plan.
Għal aktar dettalji dwar l-APS Personal Pension Plan

Agħfas hawn taħt:
https://forms.office.com/e/VqpmGh5kh2

skennja l-QR code:

Approvata u maħruġa minn APS Bank plc, APS Centre, Triq it-Torri, B’Kara BKR4012 (bħala distributur tal-iskema) u Praxis PES Malta Ltd (bħala l-Amministratur tal-Iskema tal-Irtirar).

APS Bank plc huwa regolat mill-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta bħala Istituzzjoni ta’ Kreditu taħt l-Att Bankarju tal-1994 u biex iwettaq attivitajiet ta’ Servizzi ta’ Investiment taħt l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment tal-1994. Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta skont l-Att dwar il-Pensjonijiet tal-Irtirar (Kapitolu 514 tal-Liġijiet ta’ Malta).

Termini u kundizzjonijiet japplikaw u huma disponibbli fuq Terms and Conditions – APS Bank u apsbank.com.mt/personal-pension/.

M’hemm l-ebda dispożizzjoni statutorja għal kumpens fil-każ fejn skema ta’ rtirar ma tkunx tista’ tissodisfa l-obbligazzjonijiet attribwibbli lilha u l-liċenzja tal-Iskema ma tkunx approvata mill-MFSA skont l-evalwazzjoni finanzjarja tal-Iskema.

Comments are closed.