GWU 80 sena anniversarju

Kull sena, il-5 ta’ Ottubru jimmarka t-twelid tal-General Workers’ Union.
Din is-sena l-GWU ċċelebrat it-80 anniversarju mit-twaqqif tagħha.

Tul dawn is-snin, il-GWU kienet vuċi soda għad-drittijiet tal-ħaddiema, għall-ġustizzja soċjali u għall-prosperità ekonomika u soċjali ta’ kull ċittadin f’pajjiżna.

Għalhekk, ħadd u xejn ma jista’ jiċħad jew iwarrab il-post importanti li għandha l-GWU fl-istorja riċenti ta’ pajjiżna.

Il-GWU ħadmet bla waqfien biex tiżgura li l-vuċijiet tal-ħaddiema jissaħħu u jinstemgħu aktar, filwaqt li d-drittijiet tagħhom ikunu mħarsa u, fuq kollox, tinżamm id-dinjità tagħhom.

Tabilħaqq, id-dinjità tal-ħaddiema fuq ix-xogħol hija waħda mit-temi ewlenin tal-konferenza internazzjonali li saret fl-4 u l-5 ta’ Ottubru 2023.

Il-konferenza tal-GWU kienet intitolata “Nibnu Futur Aħjar: Ħarsien Soċjali, Dinjità, Innovazzjoni, Sostenibbiltà”. Kif stqarrew il-mistednin distinti barranin fl-ewwel jum tal-konferenza, il-GWU għandha tkun kburija bil-ħidma tagħha li wasslet għat-titjib mhux biss tal-kundizzjonijiet tal-ħaddiema imma wkoll tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-familji Maltin.

Ritratti

Għalhekk il-GWU temmen li f’dan l-anniversarju m’għandhiex tħares biss u sserraħ fuq il-kisbiet tal-passat, għax għalkemm dawn kienu importanti ħafna għall-iżvilupp tal-ħaddiema, illum il-GWU qed tiffaċċja sfidi ġodda, li kollha se jkollhom impatt fuq id-dinja tax-xogħol u speċjalment fuq il-ħajja tal-ħaddiema.

Għalhekk l-importanza tal-GWU bħala organizzazzjoni ewlenija tal-ħaddiema għadha hemm u b’saħħitha bħal qatt qabel.

Prova ta’ dan huwa l-fatt li l-GWU dejjem ħarset ‘il quddiem biex tantiċipa dawn l-isfidi u tipprova tavvanza s-soluzzjonijiet għalihom.

Il-GWU hija waħda mill-vuċijiet b’saħħithom fid-djalogu soċjali f’pajjiżna, mhux biss permezz tal-attiviżmu tagħha fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, iżda wkoll permezz tal-proposti li jitressqu minn żmien għal żmien biex titjieb il-ħajja tal-ħaddiema u l-familji tagħhom u biex itejbu l-kwalità.

Għalhekk, il-GWU tibqa’ kompetenti, konsistenti u kredibbli.

Videos

Comments are closed.