Latest News

Disciplinary, security and law enforcement officials

Bad Boy Cleaners 1024x200

Fi Frar tas-sena 2015 membri tal-Korpi Dixxiplinati ġew mogħtija d-dritt li jissieħbu fi trade union tal-għażla tagħhom, dan kien ifisser li membri tal-Korp tal-Pulizija, membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, Uffiċjali Korrettivi tal-ħabs u membri tal-Protezzjoni Ċivili issa wkoll kellhom id-dritt bħal diversi ħaddiema oħra jinnegozjaw kundizzjonijiet aħjar għalihom. Diversi ħaddiema minn dawn is-setturi organizzaw ruħhom u ssieħbu fi ħdan il-GWU, għaldaqstant l-amministrazzjoni ħasset li kien wasal iż-żmien li l-GWU tiftaħ taqsima oħra sabiex tiġbor fiha dawn il-ħaddiema.

 

Fil-Konferenza Ġenerali t’Ottubru 2017 is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union, Josef Bugeja ħabbar li kienet ser titwaqqaf it-Taqsima Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infurzar tal-Liġi. Din it-taqsima tinkorpora fiha l-Pulizija, Suldati, Uffiċjali Korrettivi, Uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili, Uffiċjali tad-Detenzjoni, Uffiċjali tal-Komunità u Uffiċjali tas-Sigurtà. Uħud mill-ħaddiema msemmija diġà huma koperti minn ftehim kollettiv/settorjali li ġew negozjati mill-GWU, filwaqt li oħrajn għaddejjin in-negozjati u se jiġu konklużi fi żmien li ġej.

Enemed 1024x200

News and Section Updates