TOP

GWU

Il-GWU tiffirma ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-lukanda Dolmen

11082018

Il-General Workers’ Union iffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-lukanda Dolmen li permezz tiegħu minn din is-sena qed jibbenefikaw minn żieda fil-pagi u titjib fil-kundizzjonijiet ġenerali. Dan il-ftehim kollettiv se jibqa’ fis-seħħ sal-2020.

Is-Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel tal-GWU Kenny Muscat qal li grazzi għat-tisħiħ tal-ekonomija u t-tkabbir fis-settur turistiku, iż-żewġ naħat qablu li l-ħaddiema mhux biss għandhom jibbenefikaw wkoll minnu, iżda għandhom jingħataw rikonoxximent għall-ħidma li wettqu biex il-lukanda tgawdi minn dan it-tkabbir u tisħiħ fis-settur. Huwa qal li dan il-ftehim: “Huwa wkoll turija tar-relazzjoni tajba li teżisti bejn il-GWU u l-operaturi tal-lukanda Dolmen. Relazzjoni li tmur lura fis-snin u li dejjem kienet ta’ benefiċċju għaż-żewġ naħat.”

Il-ftehim kollettiv kien iffirmat f’isem il-ħaddiema mis-Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel Kenny Muscat u mix-Shopsteward Christopher Micallef. Filwaqt li f’isem il-lukanda Dolmen iffirmaw id-Direttur ta’ Tumas Group Ray Fenech u l-General Manager Alex Pace.