TOP


GWU

 

Ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema ta’ Nylon Knitting



09062018

Il-General Workers’ Union permezz tat-Taqsima Metall u Kostruzzjoni ffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema ta’ Nylon Knitting li permezz tiegħu l-ħaddiema qed igawdu minn titjib fil-pagi u fil-kundizzjonijiet ġenerali.

Is-Segretarju tat-Taqsima Taqsima Metall u Kostruzzjoni Jesmond Marshall saħaq li dan il-ftehim kollettiv ġie fis-seħħ grazzi għall-fiduċja li wrew il-ħaddiema fil-ħidma li wettqet it-Taqsima: “Ta’ dan il-ħaddiema se jkunu qed igawdu minn kundizzjonijiet aħjar li jkomplu jinċentivawhom biex jagħtu servizz aħjar u jkomplu jtejbu l-produzzjoni.”

Il-ftehim kollettiv f’isem il-ħaddiema kien iffirmat mis-Segretarju Taqsima Metall u Kostrizzjoni Jesmond Marshall u mix-Shop Steward Joe Sammut. F’isem il-kumpanija Nylon Knitting iffirmaw sid il-kumpanija Giancarlo Pezzoli u il-General Manager Daniele Cortinovis.