TOP


GWU

 

Il-GWU tikseb l-għarfien ewlieni fir-REWS



28052018

Il-General Workers’ Union kisbet l-għarfien ewlieni fir-Regulator for Electricity and Water Services wara li proċess ta’ verifika kkonkluda li l-Union għandha l-maġġoranza tal-impjegati bħala imsieħba tagħha. Għaldaqstant permezz ta’ dan il-GWU hija l-Union li tirrappreżenta u tinnegozja b’mod kollettiv f’isem l-impjegati ta’ din l-entità. 

Dan l-għarfien inkiseb wara li aktar kmieni dan ix-xahar il-GWU talbet lid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali jagħti bidu għall-proċess ta’ verifika bil-għan li jikkonferma li l-Union tgawdi mill-appoġġ tal-maġġoranza tal-impjegati. Mid-dokumenti ppreżentati kemm mir-REWS u mill-GWU wrew li l-Union fil-fatt għandha l-maġġoranza tal-ħaddiema membri tagħha. Għaldaqstant id-Dipartiment għar-Relazzjoni Industrijali (DIER) kkonkluda li l-GWU hija r-rappreżentanta ewlenija tal-impjegati. 
Is-Segretarju t-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi tal-GWU Jeremy James Camilleri qal li l-kisba ta’ dan l-għarfien ikompli juri kemm il-ħaddiema impjegati fis-settur pubbliku qed japprezzaw ħidmet it-Taqsima u għandhom fiduċja fil-GWU: “Għaldaqstant il-GWU se tagħti bidu għall-ħidma tagħha bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ dawn l-impjegati.”