TOP


GWU

 

Il-GWU tiffirma ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema ta’ Printex Ltd



26052018

Il-General Workers’ Union permezz tat-Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni ffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema ta’ Printex Ltd li permezz tiegħu kien hemm titjib fil-pagi u kundizzjonijiet ġenerali.
Is-Segretarju tat-Taqsima Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni David Darmanin stqarr li dan il-ftehim għandu l-għan li jkompli jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u jinċentivahom jkomplu jtejbu l-ħidma tagħhom f’industrija li hija kompetittiva. Stqarr li huwa ta’ sodisfazzjon li għal darb’oħra l-ħaddiema wrew il-fiduċja tagħhom fil-ħidma tal-GWU. 
Il-ftehim kollettiv f’isem il-ħaddiema kien iffirmat mis-Segretarju Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni tal-GWU David Darmanin, mix-Shop Steward George Zammit u mir-rappreżentant Ausonio Busuttil. F’isem il-kumpanija Printex Ltd iffirma d-Direttur Maniġerjali Peter Galea.