TOP


GWU

 

Il-GWU tikseb għarfien ewlieni f’Enemalta plc



19052018

Wara proċess ta’ verifika, il-General Workers’ Union kienet konfermata bħala l-union li għandha l-għarfien ewlieni f’Enemalta plc. Skont dan il-proċess ta’ verifika, li sar mid-Dipartiment tal-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali, jirriżulta wkoll li l-GWU tgawdi appoġġ assolut fost il-ħaddiema li huma imsieħba f’union tal-għażla tagħhom.

Dan il-proċess inbeda aktar kmieni din is-sena wara li l-GWU talbet ir-rikonoxximent ewlieni f’Enemalta plc. Minn dan il-proċess u mid-dokumenti kif ippreżentati minn Enemalta plc u mill-GWU, jirriżultà li l-Union tirrappreżenta l-maġġoranza assoluta tal-impjegati f’din l-entità u għalhekk ingħatat l-għarfien uffiċjali bħala l-union li tista’ tinnegozzja b’mod kollettiv f’isem il-ħaddiema.
Is-Segretarju tat-Taqsima Kimika u Enerġija tal-GWU Rita Dimech stqarret li dan l-għarfien huwa sinjal ta’ fiduċja fil-ħidma tal-GWU. Saħqet li l-GWU qed tħares ’il quddiem biex issaħħaħ r-relazzjoni mal-management bil-għan li jitjiebu kemm il-kundizzjonijiet tal-impjegati kif ukoll is-servizz mgħoti minn Enemalta plc.