TOP


GWU

 

Il-GWU tikseb l-għarfien ewlieni fil-Kitchen Garden



28042018

Il-General Workers’ Union kisbet l-għarfien ewlieni tal-impjegati fil-Kitchen Garden wara li proċess ta’ verifika kkonkluda li l-Union għandha l-maġġoranza tal-impjegati bħala imsieħba tagħha. Għaldaqstant permezz ta’ dan il-GWU hija l-Union li għandha l-fakulta li tirrappreżenta b’mod kollettiv lill-impjegati fl-imsemmija entità. 

Dan l-għarfien inkiseb wara li fi Frar li għadda l-GWU talbet lid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali jagħti bidu għall-proċess ta’ verifika bil-għan li jikkonferma li l-Union tgawdi mill-appoġġ tal-maġġoranza tal-impjegati. Mid-dokumenti ppreżentati kemm mill-managment ta’ Kitchen Garden kif ukoll mill-Union rriżulta li dan kien minnu. Għaldaqstant id-Dipartiment għar-relazzjoni Industrijali kkonkluda li l-GWU hija r-rappreżentanta ewlenija tal-impjegati. 
Is-Segretarju t-Taqsima Ospitalità u Ikel tal-GWU Kenny Muscat stqarr li l-kisba ta’ dan l-għarfien tkompli tikkonferma kemm aktar ħaddiema qed juru fiduċja f’ħidmet il-General Workers’ Union u: “Għaldaqstant il-GWU se tagħti bidu għall-ħidma tagħha bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ dawn l-impjegati.”