TOP


GWU

 

Il-GWU tiffirma ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema ta’ Mekanika



09042018

Il-General Workers’ Union permezz tat-Taqsima Metall u Kostruzzjoni ffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema ta’ Mekanika li permezz tiegħu kien hemm titjib fil-pagi u kundizzjonijiet ġenerali.

Is-Segretarju tat-Taqsima Metall u Kostruzzjoni tal-GWU Jesmond Marshall stqarr li dan il-ftehim, li jkopri mill-2018 sal-2021, għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u jservi ta’ inċentiv biex l-istess ħaddiema jkomplu jtejbu l-ħidma tagħhom li twassal għal servizz aħjar lil klijenti tal-kumpanija. Stqarr li huwa ta’ sodisfazzjon għalih li l-ħaddiema għal darb’oħra kkonfermaw il-fiduċja tagħhom fil-ħidma mwettqa mill-GWU.

Il-ftehim kollettiv f’isem il-ħaddiema kien iffirmat mis-Segretarju tat-Taqsima Metall u Kostruzzjoni tal-GWU Jesmond Marshall u mix-Shop Stewards George Cortis u Sebastian Zammit. F’isem il-kumpanija Mekanika ffirmaw il-General Manager Simon Caruana, il-Group HR Manager Sarah Grixti u d-Direttur ta’ Mekanika Stefan Deguara.