TOP


GWU

 

Il-GWU b’direttivi fis-servizz tal-ambulanzi



01032018

Il-General Workers’ Union ordnat direttivi fis-sezzjoni tas-servizz tal-ambulanzi b’reazzjoni għal diversi nuqqasijiet amministrattivi li qed jolqtu b’mod ħażin il-kundizzjonijiet u l-proċeduri tax-xogħol tal-ħaddiema. Dawn id-direttivi qed jiżdiedu ma’ oħrajn li diġà huma fis-seħħ. 

Il-kwistjoni kollha ddur mal-mod li bih ikun ordnat l-over-time, xogħol li mhuwiex fil-job descrption tal-ħaddiema li issa sar ir-regola u mhux l-eċċezzjoni, nuqqas ta’ tagħmir biex isir xogħol ta’ manteniment tal-vetturi, istanzi fejn ix-xogħol jitwettaq b’inqas persuni milli huwa ġust kif ukoll bdil fil-proċeduri tax-xogħol mingħajr konsultazzjoni mal-Union. 

It-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi tal-GWU tisħaq li jekk il-management tas-servizz tal-ambulanzi mhux se jindirizza dawn in-nuqqasijiet, mhux se jkollha triq oħra x’tgħamel ħlief li tieħu aktar azzjoni industrijali biex tħares lill-membri tagħha. Il-GWU tagħmilha ċara li d-direttivi li ordnat bl-ebda mod m’huma qed jaffettwaw is-servizz li jingħata lill-pazjenti jew lil dawk li jkollhom bżonn is-servizz tal-ambulanza.