TOP


GWU

 

Il-GWU titlob aktar sigurtà għall-ħaddiema tas-servizz tal-ambulanzi



28022018

Il-General Workers’ Union qed tappella lid-dipartiment tas-saħħa biex jimpenja ruħu u jassigura li l-ħaddiema tas-servizz tal-ambulanza, waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, ikollhom l-protezzjoni kollha meħtieġa. Dan fid-dawl ta’ dak li seħħ fi tmiem il-ġimgħa meta ħaddiema tas-servizz tal-ambulanza li ssejħu biex jagħtu l-għajnuna f’Bormla spiċċaw aggrediti mill-pazjent li ssejħu biex jgħinu. B’riżultat ta’ din l-aggressjoni wieħed mill-ħaddiema safa korrut.
Dan ma kienx l-uniku każ li fih il-ħaddiema ta’ dan is-servizz spiċċaw vittma ta’ aggressjoni. Il-GWU dejjem ġibdet l-attenzjoni dwar dan. Iżda issa, il-GWU tħoss li wasal iż-żmien li l-affarijiet jittieħdu b’aktar serjetà u min hu responsabbli jassigura li l-ħaddiema jkollhom l-protezzjoni meħtieġa.