TOP


GWU

 

Il-GWU tisħaq li għandu jieqaf it-tentattiv għat-tnaqqir tal-benefiċċji tal-mard



26022018

Il-General Workers’ Union tilqa’ b’sodisfazzjon id-dikjarazzjoni tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-sur Mario Cutajar, li xejnet l-impressjoni mgħotija li l-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku – b’mod assolut u kollettiv – jabbużaw mill-benefiċċju tal-leave tal-mard (sick leave). Il-GWU sa mill-bidu nett irreżistiet it-tentattivi mwettqa mill-Assoċjazzjoni Maltija ta’ min Iħaddem biex jiddaħħlu miżuri li jnaqqru dan il-benefiċċju. 

Fid-dawl tal-proposti tagħha, l-MEA kienet tat l-impressjoni li l-ħaddiema tas-servizz pubbliku jieħdu medja ta’ tliet darbiet aktar ġranet ta’ leave għalll-mard, milli jieħdu l-ħaddiema fis-settur privat. Il-GWU dejjem saħqet, f’kull fora fejn qam dan is-suġġett, li dan ma kienx minnu. Bid-dikjarazzjoni tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, li rapport ikkummissjonat juri biċ-ċar li dan mhuwiex il-każ, il-GWU tisħaq li għandhom jieqfu t-tentattivi biex jitnaqqsu l-benefiċċji lill-ħaddiema. Minflokk l-imsieħba soċjali għandhom jaħdmu flimkien biex jiddaħħlu miżuri oħra li jsaħħu u jtejbu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema li b’ħidmiethom qed ikunu strumentali biex pajjiżna jkollu s-suċċess u t-tkabbir ekonomiku li qed igawdi bħalissa.