TOP


GWU

 

It-talbiet tal-GWU aċċettati mill-Wasteserv



03022018

Il-General Workers’ Union u l-kumpanija Wasteserv laħqu ftehim dwar it-tilwima industrijali li kienet teżisti bejniethom. Permezz tal-ftehim milħuq bejn iż-żewġ naħat, il-kumpanija aċċettat it-talbiet kollha mressqa mill-GWU, fosthom li l-ħaddiema milquta jingħataw l-arrettrati dovuti. Fid-dawl ta’ dan il-ftehim il-GWU rtirat l-azzjonijiet industrijali li kienu fis-seħħ. Il-GWU tixtieq tirringrazzja l-impenn tal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima li intervjena u kien medjatur biex is-sitwazzjoni ma teskalax u jintlaħaq qbil. Il-GWU turi l-apprezzament tagħha għall-ħaddiema involuti, li mhux biss kienu sodi waqt l-azzjonijiet, iżda wkoll għall-fiduċja li wrew fiha u fir-rappreżentanti tagħha.