TOP


GWU

 

Professur Awstraljan dwar l-Istorja Trejdunjonistika jżur il-GWU



30012018

Il-ħolqien tal-General Workers’ Union u l-kisbiet li wettaq il-ħaddiem Malti fis-snin ta’ wara kienu t-tema diskussa bejn is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja u l-Professur Awstraljan dwar l-Istorja Trejdunjonistika Andrew Reeves. Il-Professur Reeves jinsab għal żjara f’Malta fejn qed jistħartreġ il-kisbiet tal-ħaddiema u l-progress soċjo-ekonomiku li għadda minnu pajjiżna. Is-Segretarju Ġenerali tkellem fit-tul dwar il-ħidma tal-Union u kif din dejjem kienet protagonista fil-mumenti ewlenin fl-istorja u l-iżvilupp ta’ Malta. Tkellem ukoll dwar dak li qed twettaq il-GWU fiż-żminijiet tal-lum fejn grazzi għat-tisħiħ tal-ekonomija li qed nesperjenzaw, il-Union qed jirnexxilha tikseb ftehimi kollettivi b’saħħithom għall-imsieħba tagħha, kif ukoll qed tkompli timbotta ’l quddiem l-introduzzjoni ta’ klundizzjonijiet u benefiċċji ġodda għall-ħaddiema. Waqt din iż-żjara l-Professur Reeves, li preżentament huwa konsulent industrijali, wera interess kbir fil-binja tal-Workers’ Memorial Building, kif ukoll fid-diversi faċilitajiet li toffri l-Union fosthom l-involviment tagħha fit-tagħlim għat-trejdunjonisti. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll Charles Vella r-rappreżentant tal-GWU fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.