TOP


GWU

 

Wara l-każ fil-Fgura: Il-GWU tirringrazzja lill-Forzi tal-Ordni



06012018

Il-General Workers’ Union tirringrazzja u ssellem lill-membri tal-Korp tal-Pulizija u tal-Forzi Armati ta’ Malta għall-ħidma tagħhom waqt li kienu qed jinvestigaw sejba suspettuża ta’ bomba ma’ karozza fil-Fgura. Il-GWU tapprezza l-fatt li l-Forzi tal-Ordni, partikolarment il-membri tal-bomb disposal tal-AFM jissugraw ħajjithom biex iżommu l-pubbliku sigur f’ċirkostanzi simili bħal ma seħħ fil-Fgura.

Il-ġimgħa li għaddiet uffiċjali tal-GWU fosthom is-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja, id-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri u s-Segretarji tat-Taqsimiet Kenny Muscat u Theo Vella kienu mistiedna mill-amministrazzjoni tal-AFM biex iżuru diversi sezzjonijiet tal-Forzi Armati ta’ Malta. F’din iż-żjara, l-uffiċjali tal-Union setgħu jifhmu aħjar u japprezzaw aktar ix-xogħol li jwettqu dawn il-ħaddiema għas-sigurtà tal-poplu u l-pajjiż