TOP


GWU

 

Ftehim bejn il-GWU u Andrews Feeds (Malta)



23122017

Il-General Workers’ Union u l-kumpanija Andrews Feeds (Malta) iffirmaw ftehim bejniethom li permezz tiegħu ġew imtejba l-kundizzjonijiet ġenerali tal-ħaddiema, kif ukoll ġew introdotti benefiċċji li fost oħrajn jirrikonoxxu s-snin ta’ servizz fi ħdan l-istess kumpanija. 

Is-Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel tal-GWU Kenny Muscat stqarr li permezz ta’ dan il-ftehim il-kumpanija qed tirrikonoxxi il-ħidma, l-impenn u l-lealtà ta’ dawk li ilhom numru ta’ snin konsiderevoli jaħdmu magħha. Tenna li dan il-ftehim, li jibda jgħodd minn Jannar tal-2016 u jgħalaq f’Diċembru tal-2019, seħħ fi żmien meta l-kumpanija qed tħabbat wiċċha ma’ sfidi kbar fis-settur li qed topera: “Huwa għalhekk ta’ sodisfazzjon, li minkejja dawn l-isfidi l-kumpanija għarfet il-ħidma u l-impenn tal-ħaddiema tagħha.”

Il-ftehim f’isem il-ħaddiema kien iffirmat mis-Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel tal-GWU Kenny Muscat, mix-Shopsteward Raymond Borg u mir-rappreżentant tal-Union Luke Mifsud. F’isem il-kumpanija ffirmaw il-General Manager Peter Gatt u d-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem Joe Farrugia.