TOP


GWU

 

Il-GWU dwar l-iżviluppi tal-VGH



22122017

Il-kundizzjonijiet u garanziji miksuba għadhom fis-seħħ

Il-General Workers’ Union b’referenza għall-aħbar li Vitals Global Healthcare biegħ il-konċessjoni tal-operat tal-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, l-Isptar Karen Grech u l-Isptar San Luqa, tinforma lil ħaddiema f’dawn l-isptarijiet imsieħba tagħha li l-ftehim milħuq u l-garanziji miksuba dwar il-kundizzjonijiet tagħhom kienu u għadhom fis-seħħ. Il-GWU b’mod immedjat iltaqgħet mal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne fejn id-diskutiet dawn l-aħħar żviluppi. F’din il-laqgħa kien konfermat li dak li seħħ kien biss trasferiment ta’ negozju fejn l-operat se jgħaddi minn għand il-VGH għal għand Steward Health Care. Għaldaqstant il-kundizzjonijiet u garanziji tal-ħaddiema kif maqbul mal-GWU se jkunu osservati minn SHC.