TOP


GWU

 

Iffirmat ftehim kollettiv bejn il-GWU u l-Lufthansa Technik



22122017

Il-General Workers’ Union u l-kumpanija Lufthansa Technik iffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema li fost affarijiet oħra se jtejjeb il-pagi, il-benefiċċji u kundizzjonijiet oħra ġenerali. Dan il-ftehim, li kien approvat mill-ħaddiema nfushom, se jidħol fis-seħħ minn Jannar 2018 u jintemm fl-2020. 

Is-Segretarju tat-Taqsima Kimika u Enerġija Rita Dimech stqarret li dan il-ftehim kollettiv huwa importanti ħafna għall-ħaddiema u għall-GWU hekk kif wasal fi żmien meta l-industrija tal-avjazzjoni qed tespandi b’mod tajjeb f’pajjiżna. Saħqet li dan il-ftehim se jsewwi numru ta’ anomaliji li kienu jeżistu fi ftehim kollettiv preċendti li ma kienx diskuss mill-GWU. Fil-fatt grazzi għall-ħidma mwettqa mill-GWU, permezz ta’ dan l-istess ftehim kollettiv, il-ħaddiema rebħu lura d-dritt li jieħdu dawk l-azzjonijiet trejdunjonistiċi meħtieġa biex ikunu jistgħu jiddefendu l-interessi tagħhom. Hija tittama li l-kisbiet li saru permezz ta’ dan il-ftehim kollettiv ġdid se jservu biex il-kumpanija tkompli ssaħħaħ l-operat tagħha f’Malta. 
Min-naħa tagħha l-Kkumpanija hija sodisfatta li dan il-ftehim kollettiv se jsaħħaħ l-operat tal-kumpanija, fosthom investiment fi tkabbir tal-ħangar biex ikun jista’ jilqa’ fih ajruplani akbar. 
Il-ftehim kollettiv kien iffirmat f’isem il-ħaddiema mis-Segretarja tat-Taqsima Kimika u Enerġija Rita Dimech u f’isem il-kumpanija iffirma l-Kap Eżekuttiv Marcus Motschenbacher.