TOP


GWU

 

Il-GWU f’laqgħa mal-Ministru Herrera





Is-sitwazzjoni u l-futur tal-kumpanija Wasteserv u l-entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-ministeru għall-ambjent, żviulupp sostenibbli u tibdil fil-klima kienu diskussi bejn il-General Workers Union u l-Ministru Josè Herrera waqt żjara ta’ korteżija li l-ministru għamel lill-GWU.
Iż-żewġ naħat iddiskutew kif tista’ tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ naħat, speċjalment f’dawk l-entitajiet li l-union għandha msieħba fihom. Dan bil-għan li mhux biss jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, iżda wkoll ikunu imtejba s-servizzi mogħtija f’isem il-gvern minn dawn l-entitajiet.
Sar qbil li għaldaqstant iż-żewġ partijiet ikomplu jiltaqgħu biex il-kollaborazzjoni u l-komunikazzjoni bejn iż-żewġ naħat ikomplu jissaħħu għall-benefiċċju ta’ dawk kollha nvoluti.
Preżenti għal din il-laqgħa, f’isem il-GWU kien hemm is-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja, id-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri, il-President Victor Carachi u s-Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel Kenny Muscat. Jakkumpanjaw lil Ministru Herrera kien hemm iċ-Chief of Staff Pierre Vassallo u l-konsulent Marc Muscat.