TOP


GWU

 

Iffirmat ftehim kollettiv bejn il-GWU u l-Bank Ċentrali ta’ Malta



08112017

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta u t-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi (PFS) tal-General Workers' Union (GWU), li tirrappreżenta l-impjegati tal-Bank li mhumiex fil-gradi klerikali, iffirmaw ftehim kollettiv li jkopri l-perjodu mill-2016 sal-2019.

Il-ftehim jimmira li jitjieb il-bilanċ bejn il-bżonn kontinwu għal aktar effiċjenza u kwalità biex jintlaħqu rekwiżiti kurrenti u titjib fil-kundizzjonijiet għall-impjegati tal-Bank. Il-ftehim jintroduċi wkoll aktar flessibbiltà fl-arranġamenti tax-xogħol. 

Kemm il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta Mario Vella u s-Segretarju tat-Taqsima PFS tal-GWU Charlie Galea irrikonoxxew li l-ftehim indirizza u rrisolva kwistjonijiet importanti għall-Bank kif ukoll għall-unjin.