TOP


GWU

 

Il-GWU tikkundanna dak kollu li jnissel il-mibgħeda



27102017

Il-GWU tikkundanna bla ebda riservi kummenti u tgħajjir li jifirdu u mhux jgħaqqdu lil dan il-poplu. Huwa parti mit-twemmin tal-GWU li m’għandux jingħad jew jinkiteb xejn li jwassal għal diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess, ġeneru, razza, reliġjon, twemmin u kull att ieħor sterjotipat li jiżra’ d-diżgwid fost il-Maltin.

Il-GWU trid tagħmilha ċara li hija tiddefendi bil-qawwa kollha d-dritt tal-espressjoni ħielsa f’pajjiżna u tisħaq li dan id-dritt m’għandu qatt ikun mittiefes. 

Għaldaqstant il-GWU terġa’ tikkundanna b’kull mod u bil-qawwa kollha kliem jew kitba dispreġġjattiv ġej minn fejn ġej u jagħmlu min jagħmlu bil-għan li flok jgħaqqad inissel il-mibgħeda u dan f’kuntest meta pajjiżna għandu bżonn iktar għaqda u sliem fostna.