TOP


GWU

 

Il-GWU se tipparteċipa fid-dimostrazzjoni ta’ għada



21102017

Il-General Workers’ Union se tagħti l-appoġġ tagħha u tipparteċipa fid-dimostrazzjoni li se ssir għadha fil-Belt Valletta. Kif diġà saħħqet fil-jiem li għaddew għall-GWU fl-ebda każ mhuma ġustifikati atti ta’ vjolenza. 

Il-GWU ttenni li f’dawn il-mumenti l-pajjiż għandu jingħaqad u jaħdem favur l-għaqda nazzjonali. Huwa għalhekk li l-GWU se tipparteċipa fid-dimostrazzjoni ta’ għada għax temmen li bħala poplu b’mod kollettiv għandna naħdmu għar-rispett u d-difiża tal-libertà tal-espressjoni reċiproka.